Il-gazzetti ta’ nhar il-Ħadd kienu mimlijin rabja lejn id-deputati Laburisti li nhar il-Erbgħa li għadda vvutaw kontra li ssir inkjesta pubblika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
L-editorjal tal-Malta Independent tkellem dwar kif id-deputati Laburisti, bil-bot tagħhom, qatlu lil Sofia għat-tieni darba, hekk kif huma qed ikomplu jinsistu li inkjesta maġisterjali hija biżżejjed. Dan imur kontra l-opinjoni t’omm Jean Paul, Isabelle, li qed tinsisti għal inkjesta pubblika għax bija din biss li tinvestiga iżjed aspetti u kollox ikun pubbliku.
L-edutir jgħid li iżjed kemm id-deputati Laburisti qed jipproteġu l-pożizzjoni tagħhom, iżjed qegħdin jidhru suspettużi dwar x’qegħdin jaħbu, u lil min qed jipproteġu. Anke l-pubbliku ma jistax jifhem dwar għala l-gvern qed jinsisti daqshekk kontra inkjesta pubblika.
Il-Malta Today u l-Illum ukoll tkellmu dwar il-vot li ttieħed nhar l-Erbgħa.. fejn stqarru li din id-deċiżjoni waslet għal rabja wkoll fl-iStrangers Gallery fil-Parlament, fejn kien hemm preżenti l-familja ta’ Jean Paul. Meta ttieħdet id-deċiżjoni sabiex ma ssirx inkjesta pubblika, kienet evidenti r-rabja li kellhom il-qraba ta’ Jean Paul Sofia, hekk kif ma setgħux jifhmu għala l-gvern hu daqshekk kontra li ssir inkjesta pubblika.
Id-deputati Laburista li vvotaw kontra inkjesta pubblika, total ta’ 40, huma wkoll ġenituri li probabli jagħmlu minn kollox għat-tfal tagħhom, iżda ma urewx farka t’umanità meta huma vvutaw kontra li ssir ġustizzja għal iben xi ħadd ieħor.
Isabelle Bonnici qed tiġġieled biex permezz ta’ inkjesta pubblika ma jerġax ikun hemm mewta oħra fuq il-post tax-xogħol, u jekk imut xi ħadd issir ġustizzja mill-iktar fis possibli.
U skont artiklu ppubblikat fit-Times of Malta, wara din id-deċiżjoni, ħareġ li preżentazzjonijiet legali urew li n-nies wara l-binja li qatlet lil Jean Paul Sofia kisru l-kundizzjonijiet tal-kera tagħhom, hekk kif l-iżvilupp suppost tlesta sa 18-il xahar wara li nħarġu l-permessi f’April tal-2020.
//= $special ?>