Lokali

Tinsab il-karozza li kienet involuta f’hit and run fit-2 ta’ Lulju

Ritratt: Arkivji

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija nstabet il-vettura li allegatament kienet involuta fl-inċident ta’ hit and run ta’ Finlandiz ta’ 41 sena fit-2 ta’ Lulju.

Il-vettura tal-għamla Toyota Belta tal-lewn abjad, instabet mill-Pulizija fejn fuqha ġew innotati daqqiet kompatibbli mal-inċident imsemmi. Il-vettura għadha f’idejn il-Pulizija għal iżjed investigazzjonijiet.

Il-kundizzjoni tal-vittma qalbet għall-aħjar u ġie rilaxxat mill-isptar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali dwar dan il-każ għadhom għaddejjin hekk kif l-allegat sewwieq għadu ma nstabx.