Knisja Lokali

Xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi

Tlesta l‑proġett ta’ restawr fuq il‑faċċata u fuq il-ġenb tal-kampnar tax-xellug tal-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi.

Permezz ta’ dan ir-restawr, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani tal‑Qrendi, tnaddfet il‑ġebla tal‑faċċata u tal‑kampnar, waqt li xi wħud mill‑ġebel kellu jinbidel minħabba deterjorazzjoni tal‑ġebla kawża tal‑espożizzjoni għall‑elementi naturali u t‑tniġġis tal‑arja. 

Il-proġett kien ko-finanzjati minn fondi Ewropej għall-iżvillup Reġjonali li madwar 4 miljun minhom qed jintużaw mill-Arċidjoċesi ta’ Malta sabiex jitwettqu restawr fuq 33 knisja f’Malta bil-għan li titwettaq konservazzjoni, protezzjoni u promozzjoni tal-wirt kulturali ekkleżjastiku.

L-isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi esprima il-ferh tieħu fl-inawurazzjoni ta’ dan il-proġett li juri l-impenn kemm tal-knisja kif ukoll tas-soċjeta.

Fid‑diskors tiegħu, is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, qal li r-restawr li sar fuq il-knisja tal-Qrendi se jsaħħaħ il-prodott turistiku fin-nofsinhar ta’ Malta.