L-uffiċjali sejħu stat ta’ emerġenza u wissew lin-nies biex ma jużawx il-pont li jgħaqqad il-peninsula tal-Krimea wara splużjonijiet kmieni dalgħodu. Din l-isplużjoni ħasdet il-ħajja ta’ żewġ persuni.
Il-pont Kerch kien infetaħ fl-2018 bl-għan li jgħaqqad lill-Krimea mar-Russja. Il-Krimea hi teritorju tal-Ukrajna iżda ilha taħt idejn Moska sa mill-2014.
Parti mill-pont kien temporanjament ingħalaq għal xhur sħaħ f’Ottubru li għadda wara splużjoni kbira li kienet seħħet waqt attakk.
Intant, l-osservaturi barranin qed jinnotaw kif Vladimir Putin qed jidher bħala mexxej imbeżża’ u li mhu qed jafda lil ħadd minn ta’ madwaru wara li x-xahar li għadda, il-grupp Wagner wettaq l-kolp ta’ stat fir-Russja.
//= $special ?>