Il-gvern ta’ Robert Abela ma jridx jisma’ u lanqas irid jitgħallem wara aktar imwiet f’postijiet tax-xogħol. Il-Partit Nazzjonalista jinnota b’dispjaċir il-mewt ta’ ħaddiem ieħor, ta’ 26 sena li tilef ħajtu kaġun ta’ inċident waqt li kien fuq xogħol fir-Rabat.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjanar, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Stanley Zammit, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Settur Marittimu u x-Xogħol Ivan Castillo u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Infrastruttura Ryan Callus intqal li l-PN jinsisti li l-gvern qiegħed ikun kompliċi f’kull mewta traġika bla bżonn u li tista’ tiġi evitata u qiegħed jonqos mill-obbligi tiegħu meta jibqa’ ċass quddiem dawn l-inċidenti.
Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni sostnewli l-gvern għandu l-obbligu li juża l-għodda kollha possibbli, inkluż anki inkjesta pubblika, biex verament jasal għall-għeruq tal-problemi f’dan il-qasam, inkluż ix-xibka ta’ korruzzjoni u l-kultura ta’ impunità.
//= $special ?>