F’appell b’saħħtu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech appella lill-poplu Malti u Għawdxi kollu sabiex ilejla fit-8 ta’ filgħaxija ninġabru quddiem Kastilja sabiex flimkien u f’għaqda nazzjonali, nkomplu nuru kemm huwa importanti li f’pajjiżna isir ġustizzja ma’ Jean Paul Sofia – iż-żagħżugħ li tilef ħajtu intortament f’Diċembru li għada hekk kif inqabad f’binja f’Kordin li ġġarfet fi ftit sekondi.
“Hemm bżonn inkunu nafu il-verità kollha. Daqs li kieku Jean Paul kien ibni, u ibnek. Flimkien għal Jean Paul Sofia,” tenna Bernard Grech.
Segwi l-kumment kollu hawn.
//= $special ?>