Laya Cristina ħadet sehem f’żewġ tournaments internazzjonali tal-golf li saru dan l-aħħar. Fl-Irlanda hi ħadet sehem fil-kompetizzjoni ta’ taħt it-18-il sena li kienet maqsuma fuq sitt rounds.
Kull plejer li ħa sehem kellu single digit handicap bit-temp f’Cork xejn ma kien favorevoli bix-xita protagonista matul it-tournament.
Mill-fażi eliminatorja, Cristina għaddiet għall-kwarti tal-finali fejn sfat eliminata mill-Irlandiża Riona Murphy bi skor ta’ +1. Eventwalment Cristina pparteċipat fil-kampjonat internazzjonali ta’ taħt it-18-il sena f’Leicester fejn ħadu sehem madwar 50 plejer mara. Hija temmet fl-għaxar post fil-klassifika ġenerali bi skor ta’ +5.
Wara sensiela ta’ logħbiet, Cristina uriet l-aħjar taħgha tant li kisbet l-għaxar pożizzjoni.
//= $special ?>