Harry Maguire m’għadux captain ta’ Manchester United wara taħditiet mal-manager Erik ten Hag.
Aktar kmieni dan ix-xahar kien irrappurtat li Ten Hag kien lest li jneħħi lil Maguire mir-rwol wara d-dehriet limitati tad-difensur tal-Ingilterra taħt l-Olandiż l-istaġun li għadda.
Maguire kiteb il-Ħadd fuq Twitter: “Wara diskussjonijiet mal-manager illum infurmani li qed ibiddel il-captain.
“Huwa spjegali r-raġunijiet tiegħu u filwaqt li jien personalment diżappuntat ħafna, se nkompli nagħti kollox kull darba li nilbes il-flokk. Għalhekk ridt ngħid grazzi enormi lill-partitarji ta’ Manchester United għall-appoġġ brillanti kollu tagħhom filwaqt li Ilni nilbes il-faxxa ta’ captain.”
Id-difensur ċentrali għamel biss tmien dehriet biss mill-bidu fil-Premier League fl-istaġun li għadda, li wassal għal spekulazzjoni kontinwa dwar il-futur tiegħu f’Old Trafford.
“Minn dak in-nhar li ħadt ir-rwol, tliet snin u nofs ilu, kien privileġġ kbir li nmexxi lil Manchester United u wieħed mill-iktar mumenti kburin tal-karriera tiegħi sal-lum,” qal Maguire.
“Nixtieq lil min issa se jkun captain jieħu kull suċċess u jkollu l-appoġġ sħiħ tiegħi.”
Fl-assenza ta’ Maguire fl-istaġun li għadda, Bruno Fernandes kien l-aktar spiss maħtur captain u l-midfielder tal-Portugall mistenni jingħata r-rwol permanenti.
Maguire għamel aktar minn 170 dehra għal United minn meta ġie ffirmat minn Leicester għal 80 miljun lira fl-2019.
//= $special ?>