Lokali

Il-GWU wkoll ma taqbilx ma’ Robert Abela dwar l-inkjesta pubblika

Il-GWU favur l-inkjesta pubblika u se tattendi l-velja tal-lejla

Fl-aħħar ħin ħarġet l-aħbar li l-General Workers Union se tkun qiegħda tattendi għall-velja tal-lejla sabiex isisr ġustizzja ma’ Jean Paul Sofia u l-ħaddiema kollha li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol.

Għall-GWU mhux aċċettabbli li ħaddiem li joħroġ biex jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum, ma jirritornax lura d-dar.

Għaldaqstant, il-GWU tinsisti li għandha ssir ġustizzja mingħajr dewmien mhux biss f’dan il-każ, iżda anke oħrajn li ilhom ikaxkru xhur u saħansitra snin.