Lokali

“Il-missjoni tagħna tissokta biex f’pajjiżna l-ħaddiema jkollhom aktar ħarsien u sigurtà” – Bernard Grech

“Il-missjoni tagħna tissokta biex f’pajjiżna l-ħaddiema jkollhom aktar ħarsien u sigurtà. Jekk mhux se nitgħallmu x’qed nagħmlu ħażin, se jibqa’ jkollna aktar vittmi.”

Dan qalu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’post imtella’ fuq il-midja soċjali, hekk kif fl-aħħar ħin tilef ħajtu ż-żagħżugħ Sirjan ta’ 26 sena – Muhammad Qasim Hashim Al-Khateeb, li l-ġimgħa l-oħra waqa’ m’għola sular f’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat.

L-inċident kien seħħ il-Ħamis għall-ħabta tal-5:30 pm fi Triq Alessandro Curmy, Tal-Virtu r-Rabat meta l-vittma, Sirjan li kien residenti Bormla, weġġa’ fil-post.

Bernard Grech sostna li Robert Abela ma jistax jibqa’ passiv. “Kull mewta fuq il-post tax-xogħol hija kompliċità għan-nuqqas ta’ azzjoni tal-Gvern ta’ Robert Abela għall-ħarsien tal-ħaddiema.” tenna Bernard Grech.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista insista li l-poplu Malti għandu bżonn Gvern attiv u preżenti.

“Aħna rridu Gvern li jagħti l-għodda kollha possibbli biex l-awtoritajiet ikollhom is-saħħa li jħarsu lill-ħaddiema, u li l-postijiet tax-xogħol f’pajjiżna jkunu sikuri.