Numru ta’ Maltin jinsabu maqbuda fl-ajruport ta’ Katanja wara li bosta titjiriet ġew kanċellati minħabba nirien li ħakmu dan l-ajruport. Kawża ta’ dan l-inċident… l-ajruport kellu jingħalaq.
Jidher li n-nirien li żviluppaw fl-ajruport Vincenzo Bellini bdew mis-sular ta’ isfel tal-ajruport u waslu saċ-ċentru tat-terminal. S’issa għadha mhux magħruf f’wassal għal dan l-inċident.
Fi stqarrija l-Air Malta ħabbret li minħabba dawn in-nirien, li seħħew il-Ħadd, it-titjiriet kollha ġew imħassra fejn l-ajruport mistenni jerġa’ jibda jopera nhar l-Erbgħa li ġej mis-2pm ‘il quddiem.
It-titjiriet affettwati huma:
KM643: 16 ta’ Lulju
KM640/641/642/643/644/645: 17 u 18 ta’ Lulju
KM640/641: 19 ta’ Lulju
L-Air Malta avżat lill-klijenti tagħha li jistgħu jew jikkanċellaw il-flights tagħhom u jingħataw il-flus kollha lura jew inkella jibbukkjaw titjiriet oħra mill-Ajruport ta’ Palermo.
//= $special ?>