Miet iż-żagħżugħ Sirjan ta’ 26 sena, Muhammad Qasim Hashim Al-Khateeb, li l-ġimgħa l-oħra waqa’ m’għola sular f’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat.
L-inċident kien seħħ il-Ħamis għall-ħabta tal-5:30 pm fi Triq Alessandro Curmy, Tal-Virtu r-Rabat meta l-vittma, Sirjan li kien residenti Bormla, weġġa’ fil-post.
Huwa kien ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei iżda jiem wara tilef ħajtu kaġun tal-ġrieħi serji li sofra minnhom.
L-Inkjesta Maġisterjali qed issir mill-Maġistrat Leonard Caruana, bl-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
Iż-żagħżugħ huwa t-30 vittma f’sit ta’ kostruzzjoni f’dawn l-aħħar 4 snin.