It-Tlieta fis-Centenary Stadium, Balzan jilqgħu lil NK Domzale wara li fl-Ewwel Leg fis-Slovenja t-tim immexxi minn Oliver Spiteri b’wirja spettakolari ħareġ rebbieħ 4-1.
Lejliet il-konfront Spiteri saħaq li din hija logħba importanti ħafna għal Balzan u li r-riżultat mill-aqwa miksub il-ġimgħa l-oħra huwa sinifikanti minħabba li huma jafu l-qawwa tal-avversarji.
Minn naħa tiegħu il-captain ta’ Balzan Paul Fenech qal li din il-logħba tibda minn 0-0 u li t-tim irid jirrepeti l-istess prestazzjoni tal-l-ewwel partita.
Balzan jilqgħu lil NK Domzale t-Tlieta fis-7:30pm fis-Centenary Stadium.
//= $special ?>