Lokali

Jinġabru €441,222 waqt il-maratona Oħloq Tbissima

Ilbieraħ ġiet fi tmiema l-21 edizzjoni tal-maratona ‘Oħloq Tbissima’, fejn inġabru ‘l fuq minn €441,000 b’risq is-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl ta’ Dar San Gużepp kif ukoll fil-missjonijiet barra minn Malta fil-Peru, fil-Pakistan u fil-Fillipini.

Is-sena li għaddiet bil-flus li nġabru waqt il-maratona Oħloq Tbissima inbniet klinika. U din is-sena, l-għan hu li jinħoloq fond biex il-klinika tkun attrezatta b’aktar fondi u tkun tista tghin lil-fqar kollha li jkollhom bżonn l-għajnuna.

Proġett ieħor hu li jinbnew djar fil-Fillipini għal familji fqar li qedgħin fix-xifer li jispiccaw bla dar, dawk li jgħixu fi djar tal-kartun, kif ukoll dawk li qedgħin bla saqaf fuq rashom.

Proġett ieħor importanti huwa dak tal-edukazzjoni, li ħafna Insara ma jkunux eliġibli għaliha.