B’sorpriża għal ħafna, il-winger ta’ 35 sena Juan Cuadrado iffrima mar-rivali ta’ Juventus, Inter hekk kif il-kuntratt tiegħu mal-Bianconeri skada u ma’ kienx imġedded.
Inter se jkunu l-ħames klabb Taljan li se jkun qed jilgħab magħhom Cuadrado fejn minbarra ma’ Juventus huwa kellu esperjenzi ma’ Lecce, Udinese u Fiorentina.
Il-Kolombjan ma’ Juventus lagħab 314-il partita, skorja 26 gowl u kellu 65 assist.
Matul il-perjodu tiegħu f’Turin huwa kellu sehem fir-rabħ ta’ 5 kampjonati, 4 Coppa Italia u 2 Supercoppa.
Cuadrado se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi fis-siegħat li ġejjin qabel ma’ jiffirma kuntratt ta’ sena mal-finalisti tal-UEFA Champions League l-istaġun li għadda.
//= $special ?>