Sport Sport Ieħor

Logħob tal-FISEC-FICEP: Tliet rekords nazzjonali fl-atletika

Fil-ħames ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-Logħob tal-FISEC f’Dunkerque fi Franza, fl-atletika fil-mixed Swedish relay, Malta temmet fit-tieni post iżda nkisru tlett records nazzjonali fil-kategoriji taħt it-18, 20 u 23 sena permezz ta’ Thea Shoemake, Luca Gerada, Thea Parnis Coleiro, Isaac Bonnici.

It-tieni post fil-200 metru u sitt post fil-longjump għal Thea Parnis Coleiro filwaqt li fuq l-istess distanza Jake Vella temm fit-tielet post b’Luca Gerada fil-ħamest post.

Fit-3,000 metru Julian Zarb u Thomas Grech temmew fil-ħames u s-seba’ post rispettivament filwaqt li r-raba’ post għal Isaac Bonnici u s-seba’ post għal Jake Vella fl-400 metru. Fil-100m hurdles Bianca Shoemake temmet fil-ħames post.

Fl-għawm Bea Xerri de Caro, Martina Marie Camilleri, Kristy Delia, Julienne Woods fir-relay tal-4 X 50 metru kisbu record nazzjonali f’ 1 minuta 55.16 sekondi liema rekord irid ikun ratifikat mill-ASA filwaqt li fil-klassifika ġenerali t-tim tat-subien temm fit-tieni post.