Lokali

Muscat ma jaqbilx ma’ Abela dwar l-inkjesta pubblika

Joseph Muscat jipprova jimponi ruħu fuq Robert Abela

L-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat ma jaqbilx mal-Prim Ministru Robert Abela dwar li ssir inkjesta pubblika fuq il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.

F’kummenti li ta lit-Times of Malta, Joseph Muscat qal li għandha ssir inkjesta pubblika.

Dan kollu jkompli jitfa’ dawl fuq is-sitwazzjoni preżenti li bħalissa qed taħkem lill-Partit Laburista… dan hekk kif din l-istqarrija ta’ Joseph Muscat ħarġet eżatt fl-istess ħin meta Robert Abela sejjaħ laqgħa tal-Grupp Parlamentari fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.