Raġel ta’ 54 sena residenti Ħal Tarxien, għall-ħabta tal-10:15am, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Tromba, il-Marsa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Skoda Fabia misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti Birkirkara u Citroen Berlingo misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Qormi.
Jidher li fil-ħin tal-inċident, il-vittma, li kien passiġġier fl-iSkoda, weġġa’ hekk kif kien ħiereġ mill-karozza. Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>