It-tim nazzjonali Malti tat-table tennis qed jieħu sehem fil-Kampjonat tal-Ewropa taż-żgħażagħ fil-belt Pollakka ta’ Gliwice. Fl-ewwel ġurnata fil-fażi tal-gruppi fejn il-plejers Maltin Juniors, is-subien tilfu bl-iskor identiku ta’ 3-0 kontra l-Bulgarija u l-Portugall filwaqt li l-bniet tilfu 3-1 mal-Iżvizzera u 3-0 kontra l-Bulgarija.
Fil-kategorija tal-Cadets, il-Maltin tilfu 3-0 kemm kontra l-Lussemburgu kif ukoll kontra l-Montenegro. Fit-tieni ġurnata tal-kampjonat it-tim tal-Cadets kiseb l-ewwel rebħa meta għeleb lill-Iżlanda bl-iskor ta’ 3-2. Partita miftuħa għal kull riżultat bit-tim Malti jkun magħmul minn Neil Incorvaja, Oliver Farrin-Thorne, Sebastian Farrin-Thorne u Matthew Zammit. Fil-Juniors, Conrad Puli, Luke Bonello u Luke Fenech tilfu 3-2 kontra l-Latvja. Anthea Cutajar, Rachel Mifsud u Sabine Darmanin kontra l-Olanda sfaw megħluba 3-0.
//= $special ?>