Sport Sport Ieħor

Tennis: Alcaraz jegħleb lil Djokovic biex jirbaħ il-Wimbledon għall-ewwel darba

(Ritratt: EPA)

Carlos Alcaraz rebaħ għall-ewwel darba t-turnament ta’ Wimbledon meta wara finali memorabbli li kważi damet ħames sigħat għeleb lil Novak Djokovic 1-6, 7-6 (6), 6-1, 3-6, 6-4.

Għal Carlos Alcaraz, li għad għandu 20 sena, dan kien it-tieni titlu Grand Slam fil-karriera tiegħu wara li rebaħ l-Open tal-Istati Uniti s-sena l-oħra. Minn naħa l-oħra Novak Djokovic kien qed ifittex it-tmien titlu tiegħu f’Wimbledon u b’hekk kien jilħaq ir-rekord ta’ Roger Federer, iżda ma rnexxielhux jagħmel dan.

Djokovic, li għandu rekord ta’ 23 titlu Grand Slam, kien qed ifittex ukoll li jkompli jkabbar dan ir-rekord iżda lbieraħ Alcaraz wera li hu l-istilla tal-futur u Djokovic kellu jbaxxi rasu għall-qawwa tal-Ispanjol.

Alcaraz, żagħżugħ ta’ 20 sena minn Spanja, sar it-tielet l-iżgħar li rebaħ dan il-Grand Slam. Id-differenza fl-età bejn it-tnejn kienet l-aktar wiesgħa fi kwalunkwe finali ta’ Slam tal-irġiel mill-1974.

Imma jekk din ir-rebħa f’ġurnata bir-riħ u msaħħab fiċ- Ċentru Court, fejn Djokovic tilef l-aħħar fil-finali tal-2013, kienet xi indikazzjoni, din hi li Alcaraz jinsab fi triqtu biex jikseb iktar suċċessi.