Anzjan ta’ 78 sena qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn fuq sellum f’residenza f’Marsaxlokk.
L-inċident seħħ matul il-jum tat-Tnejn hekk kif għall-ħabta tas-7:15 ta’ filgħaxija l-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kien iddaħħal raġel l-isptar wara inċident f’residenza fi Triq Axtart, Marsaxlokk.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li aktar kmieni, l-anzjan waqa’ minn fuq sellum u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>