Futbol Sport

Balzan javvanzaw għar-rawnd li jmiss fil-UEFA Conference League

(Ritratt: Catriel Farrugia)

BALZAN………….1 (5)

DOMZALE……….3 (4)

Balzan: D. Golovic, I. Bozovic, M. Raso, N. Braunovic, S. Arab (A. Fausto 72′), A. Andrejic (N. Zerjal 61′), T. Caruana (R. Michibuchi 46′), P. Fenech (M. Aguek 79′), J. Grech, P. Olawale (E. Gomes 100′), A. Torres

Domzale: G. Tratnik, M. Mutavcic, A. Nwankwo, A. Duric, T. Klemencic (G. Cerne 106′), E. Julardzija, F. Kovacevic, Z. Repas (B. Markus 86′) (S. Duranovic (112′), L. Topalovic (J. Pisek 55′), D. Sturm, M. Krstovski

Referee: Visar Kastrati

Balzan kisbu t-tieni kwalifikazzjoni storika għat-tieni rawnd fil-UEFA Conference League meta wara l-ħin barrani tilfu bl-iskor ta’ 3-1 iżda kwalifikaw b’aggregate ta’ 5-4.

Balzan għamlu prattikament l-ewwel taqsima jagħlqu l-ispazzji b’mod tajjeb b’Domzale iżda jirnexxielhom jiskorjaw fl-44 minuta permezz ta’ Abraham Nwankwo. Domzale skorjaw darbtejn oħra fit-tieni taqsima permezz ta’ Jost Pisek u Franko Kovacevic bil-partita tmur għall-ħin barrani wara li l-aggregate kien dak ta’ 4-4.

Balzan iżda skorja il-gowl li fisser kwalifikazzjoni fid-94 minuta permezz ta’ Andre Fausto li għamel l-iskor finali 3-1 u l-aggregate 5-4. L-istess player tkeċċa erba’ minuti wara meta ntwera’ t-tieni karta safra.