Sport Sport Ieħor

Beach Soccer: Jintemmu l-kampjonati tal-Beach Soccer taż-żgħażagħ

Fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa, fil-ġranet li għaddew intlagħbu erba’ finali tal-beach soccer organizzati mis-settur tal-Futsal u l-Beach Soccer fi ħdan l-MFA.

Floriana FC rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-17-il sena tal-irġiel meta ddominaw lil Marsaskala fir-rebħa kbira ta’ 11-2.

Fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena, kienu Marsaskala li wrew l-aħjar logħob fil-finali kontra Naxxar Lions meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 8-2. Minn naħa l-oħra, Malta Women Football Association rebħu l-kampjonat tan-nisa meta fil-finali għelbu lil Mtarfa 10-4.

Fil-kampjonat tan-nisa ta’ taħt is-17-il sena suċċess għal Hibernians bir-rebħa ta’ 3-1 kontra Mtarfa.

Fi tmiem dawn partiti, id-direttur għall-Futsal u Beach Soccer fi ħdan l-MFA Mark Marlow ippreżenta it-trofej u l-midalji lir-rebbieħa.