Sport Sport Ieħor

Darts: Rekord perfett għal Ħamrun Bayern li jibqgħu fil-quċċata

Ħamrun Bayern kisbu rebħa importanti f’konfront delikat kontra Floriana MCP meta rebħu 4-2 sabiex baqgħu jżommu r-rekord perfett tagħhom fil-Kampjonat tas-Sajf tal-Malta Darts Association.

Kienu Ħamrun li fetħu vantaġġ ta’ 3-0 bi Floriana fejn minkejja li wettqu reazzjoni ma kienx biżżejjed biex salvaw il-konfront. B’din ir-rebħa fi grupp A, Ħamrun Bayern għandhom ħames punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali Birgu Boċċi Club li rritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil PO’s Bar 4-2.

Sadanittant Fgura Maypole tbiegħdu minn naħa t’isfel tal-klassifika wara rebħa ta’ 4-2 kontra Leah’s Bar.

Fi grupp B, il-leaders Team A Fgura ġew miżmuma fi draw ta’ 3-3 minn Floriana Premier CC filwaqt li Juventutis Domus telgħu fit-tieni post wara rebħa faċli ta’ 5-1 kontra Duke’s.