Hekk kif f’dawn l-aħħar xhur Malta rat żieda ta’ mġiba suwiċidali, il-Kamra tal-Psikologi qalet li dan huwa mument biex nibdew nindirizzaw il-mard mentali b’mod skjett.
L-uġigħ u t-telf li jġib miegħu s-suwiċidu, lill-qraba u l-ħbieb ma nistgħux inkejluh. In-nuqqas jibqa’ jinħass u l-memorji jibqgħu għadejjin. L-impatt profond li dawn l-avvenimenti traġiċi għandhom fuq il-komunita’ għandu jiġi rikonoxxut.
Il-Kamra appellat biex nies li qed jitħabtu ma’ mard mentali ifittxu l-għajnuna meħtieġa, billi jitkelmu ma’ persuni professjonisti, kif ukoll mal-ħbieb u l-familja. Huwa essenzjali li qatt ma taqta qalbek u tfittex l għajnuna. Huma fakkru li kull ħajja hija importanti u meta persuna tfittex l-għajnuna tkun qed tagħmel att verament kuraġġuż.
Il-Kamra tal-Psikologi apellat ukoll lil poplu biex ikun iktar attent ta’ nies ta’ madwaru. Il- poplu huwa mħeġeġ biex meta jitkellem ma xi ħadd itieħ il-ħin biex jiftagħ qalbu u verament jisma dak li jkun qiegħed jgħid mingħajr ma jiġudikah. Huwa importanti li nħarsu f’ għajnejn il-persuna u nagħtu kass tal-body language tagħħa. Fuq kollox għandna noħolqu ambjent fejn kulħadd iħossu komdu jitkellem fuq kif qed iħossu kemm id-dar kif ukoll il-post tax-xogħol u fuq kollox għandna ninormaliżżaw il-mard mentali, u li hija ħaġa normalli li persuna tfittex l-għajnuna.
Huma qallu wkoll li kulħadd għandu jkollu bażi ta’ edukazzjoni fuq is-sinjali u sintomi li persuna li għadejja minn problemi mentali juri. B’dan il mod il-membri tal-komunita’ kolla jkunu jistgħu jgħinu lil xulxin fil-ħajja ta’ kuljum u meta jsqasu lil xulxin ‘kif int?’ verament ikunu qed ifissru dak li qed jgħidu.
//= $special ?>