Ikompli d-dewmien fit-titjiriet tal-linja nazzjonali tal-ajru AirMalta fejn din id-darba titjira li kellha tasal f’pajjiżna fl-4:00 ta’ filgħodu issa l-passiġġieri li jinsabu fl-ajruport ma jafux meta din it-titjira se titlaq.
It-titjira KM7447 minn Lourdes fi Franza esperjenzat dewmien twil ħafna kaġun ta’ bird strike fejn diversi persuni esprimew il-frustrazzjoni tagħhom li tħallew l-ajruport mingħajr bagalji kif ukoll li ma ġewx provduti b’lukanda sakemm issir il-ħidma neċessarja.
U għalhekk ‘il fuq minn 130 passiġġier se jispiċċaw jqattgħu ‘il fuq minn 15-il siegħa f’dan l-ajruport.
Minn naħa l-oħra is-sit tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed tindika li din it-titjira mistennija li tasal fit-8:00 ta’ filgħaxija.
Dewmien ieħor b’titjira oħra tal-Air Malta seħħ it-Tnejn meta titjira li kellha titlaq mill-ajruport ta’ Lisbona fil-Portugall fid-9.30 spiċċat telqet wara nofsillejl u waslet Malta wara l-4am. Fuq din it-titjira kien hemm diversi passiġġieri kbar fl-età u morda li attendew għal pellegrinaġġ ta’ talb f’Fatima.
//= $special ?>