Raġel ta’ 46 sena residenti l-Mosta weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza.
L-inċident seħħ it-Tlieta filgħodu għall-ħabta tat-8:15 fi Triq Bibal, Ħal Balzan.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza misjuqa minn mara ta’ 51 sena residenti n-Nadur Għawdex.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>