Kulħadd vuċi waħda biex toħroġ il-verità kollha… Biex issir ġustizzja mal-familja ta’ Jean Paul Sofia.
Kien dan is-sentiment komuni tal-folla numeruża li t-Tnejn filgħaxija nġabret fil-Belt Valletta għal velja li sejħet il-familja ta’ dan iż-żagħżugħ; velja li saret bħala festa ta’ mħabba lejn Jean Paul Sofia.
B’Isabelle Bonnici tgħid li r-rebħa tagħhom li ssir inkjesta pubblika, hija biss l-ewwel pass sabiex tinkixef il-verità kollha; ħalli fil-futur ma jseħħux iktar inċidenti fuq il-post tax-xogħol, partikolarment f’siti ta’ kostruzzjoni.
Net News kien preżenti għal din il-velja fejn saqsa lill-eluf miġbura dwar kif iħossuhom issa li Robert Abela kellu jċedi u jsejjaħ għal inkjesta pubblika wara l-pressjoni kbira li saritlu. Bin-nies preżenti jwasslu messaġġ b’saħħtu sabiex ikun hemm aktar sigurta għall-ħaddiema.
Din il-velja kellja l-appoġġ ta’ bosta personalitajiet u għaqdiet fosthom unions, profesjonisti, akkademiċi, żgħażagħ, NGO’s u s-soċjeta civili. Preżenti kien hemm ukoll qraba tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia….u familji li fl-aħħar snin missew ma’ traġedji f’siti ta’ kostruzzjoni.
//= $special ?>