Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Ikomplu l-impenji tat-timijiet Maltin fil-Kampjonat tal-Ewropa taż-Żgħażagħ

It-timijiet nazzjonali tal-Malta Table Tennis Association li qed jieħu sehem fil-Kampjonat tal-Ewropa taż-żgħażagħ fil-belt Pollakka ta’ Gliwice kienu mpenjati fit-tielet ġurnata tal-kampjonat.

It-tim nazzjonali kien fl-azzjoni kemm fil-Juniors kif ukoll fil-Cadets fejn iż-żgħażagħ Maltin tilfu l-partiti kollha li lagħbu fejn minkejja li taw opposizzjoni denja, il-Cadets tilfu 3-2 kontra l-Estonja filwaqt li s-subien ġew megħluba 3-1 minn Wales.

Sadanittant, fil-kategorija tal-bniet, Malta tilfet żewġ logħbiet bl-istess skor ta’ 3-0 kontra l-Iżrael u l-Estonja.