Futbol Sport

Wirja qalbiena minn Ħamrun Spartans f’Iżrael

(Ritratt: Joseph Galea)

MACCABI HAIFA………….2(6)

ĦAMRUN SPARTANS……1 (1)

Maccabi H.: I. Nitzan, M. Kandil (D. Haziza 60′), A. Seck, O. Dahan, P. Cornud, G. Naor (A. Mohammed 46′), M. Jaber, D. Sabia, I. Hagag (D. Sundrad 46′), E. Shuranov (F. Pierrot 73′), L. Refaelov (T. Chery 60′)

Ħamrun S.: F. Marchetti, R. Camenzuli, O. Bjelicic, E. Marcelina, S. Borg (K. Bilic 88′), J. Mbong (J. Corbalan 78′), Y. Nenov (Eder 46′), R. Prsa, Elionay (S. Paintsil 63′), U. Duranovic, Jonny (M. Krstic 78′)

Referee: Igor Pajac

Fit-tieni leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, Ħamrun Spartans kellhom wirja aħjar minn dik li kellhom ġimgħa ilu minkejja li f’Iżrael tilfu bl-iskor ta’ 2-1 kontra Maccabi Haifa li avvanzaw għat-tieni rawnd b’aggregate ta’ 6-1.

Kienu Ħamrun li marru fil-vantaġġ wara 35 minuta permezz ta’ Joseph Mbong. Maccabi Haifa dawru r-riżultat fit-tieni taqsima, meta l-ewwel kien Erik Shuranov li għamel l-iskor 1-1 fis-70 minuta biex mbagħad wara kien Frantzdy Pierrot li għamel l-iskor 2-1 fit-83 minuta.

Ħamrun issa se jkunu fit-tieni rawnd tal-UEFA Conference League kontra t-tellief bejn Astana u Dinamo Tbilisi.

Joseph Mbong jiċċelebra l-gowl li bih tefa’ lil Ħamrun fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima (Ritratt: Joseph Galea)