Lokali Qorti

18-il xahar ħabs talli hedded lil martu u lil uliedu

Raġel ta’ 46 sena li jgħix il-Fgura li ismu ma jistax jixxandar biex jiġu protetti l-vittmi kien ikkundannat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li hedded u beżża’ lil martu u lill-erba’ uliedhom. Huwa nstab ħati wkoll li sar reċidiv.

Minn dak li rat u eżaminat il-Qorti jirriżulta li l-Qorti riedet tara mhux biss l-aspett riformattiv ta’ l-imputat iżda li ssib bilanċ bejn il-gravità tal-każ u l-ħarsien u l-interessi tal-vittmi tar-reat u s-soċjetà in ġenerali sabiex tara li dan ir-reat ma jerġax jiġi kommess kif ukoll tagħti l-ħarsien meħtieg lil pubbliku.

Il-Qorti għalhekk qieset, li tenut kont taċ-ċirkostanzi, li piena karċerarja hi l-iktar wahda idonea. Ir-raġel ammetta li wettaq dawn ir-reati fil-31 ta’ Diċembru 2022 u fil-ġranet u xhur ta’ qabel, l-aktar fir-residenza tal-koppja.  Il-Maġistrat Nadine Lia li quddiema nstema’ l-każ qieset, fost oħrajn, li huwa kien diġà ġie kkundannat għal aġir simili fil-konfront ta’ martu u uliedhom.

Fil-fatt jidher ukoll li l-imputat ingħata diversi opportunitajiet sabiex jirriforma ħajtu u ngħata gwida tul medda ta’ snin. Madankollu qatt ma sfrutta dawn il-opportunijiet jew irriforma ruħu, tant li reġa’ tressaq fuq reati ohra ta’ ċertu serjetà relatati mal-membri tal-familja tiegħu

Qalet li minkejja li ngħata diversi opportunitajiet biex jirriforma ħajtu qatt ma sfruttahom. Ikkunsidrat ukoll il-fatt li huwa ammetta wara li l-prosekuzzjoni ressqet il-provi kollha tagħha u s-suġġeriment tal-prosekuzzjoni u d-difiża li għandu jeħel sena u nofs ħabs.

Dan ifisser li m’ammettiex fi stadju bikri tal-Għaldqstant il-Qorti kkundannatu 18-il xahar ħabs, u nħarġet ukoll ordni ta’ trattament għal tliet snin kif ukoll ordni ta’ trażżin għall-istess perjodu biex tipproteġi lill-mara u lit-tfal tiegħu. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit.