Aktar minn 30,000 persuna attendew għall-kunċert ferm popolari tal-Isle of MTV li sar Fuq il-Fosos tal-Floriana – kunċert li ppreżenta numru ta’ artisti internazzjonali, bl-aktar stennija tkun dik għall-grupp One Republic.

Fuq il-palk, interpretazzjoni mill-aqwa anke mid-DJ popolari Alesso.

U anke Tom Grennan.

Mimi Webb ukoll kienet waħda mill-artisti ewlenin tal-Isle of MTV.

Flimkien ma’ Delta Goodrem.

Dawk li attendew setgħu japprezzaw anke it-talent Malti ta’ Kevin Paul u l-grupp The Busker.
Din kienet il-15-il edizzjoni ta’ dan il-kunċert f’pajjiżna, fejn tul is-snin ġew Malta artisti internazzjonali bħal Enrique Iglesias, Lady Gaga, Snoop Dogg, Maroon 5 u Martin Garrix.
Ritratti: Isle of MTV