Futbol Sport

Għada tibda t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa fl-Awstralja u New Zealand

(Ritratt: EPA)

F’Auckland, in-New Zealand, meta ninsabu ġurnata ‘l bogħod mill-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol tan-nisa, Gianni Infantino President tal-FIFA u Fatma Samoura, Segretarju Ġenerali, ltaqgħu mal-media internazzjonali. Infantino kellu kliem ta’ tifħir għal mod kif l-Awstralja u New Zealand qed jorganizzaw din il-fażi finali.

Ingħataw dettalji dwar l-ammont ta’ biljetti li nbiegħu sa issa għall-64 partita f’din il-fażi finali. B’kollox inbiegħu 1,375,000 biljett li jqarreb ħafna l-mira ta’ miljun u nofs li l-FIFA allokat għal bejgħ.
Mill-64 partita, 29 minnhom se jintlgħabu fi New Zealand bl-ewwel partiti jintlagħbu l-Ħamis 20 ta’ Lulju.

Fl-ewwel partiti, minn minn Grupp A, New Zealand jilagħbu kontra n-Norveġja, filwaqt li minn Grupp B, l-Awstralja jaffrontaw lill-Irlanda.