Fil-jiem li għaddew saret l-aħħar tiġrija tas-SeaJet Malta Sailing League, tad-dgħajjes SB20.
Peress li kienet l-aħħar tiġrija tal-istaġun, it-tensjoni kienet għolja fejn fl-ewwel tiġrija Outlaw, li kien ilu nieqes għal perjodu matul l-istaġun, kiseb rebħa memorabbli.
Careful Now, li kienu ilhom fit-tieni post fil-klassifika tal-kampjonat, sofrew meta l-arblu tagħhom inkiser fil-bidu tat-tellieqa. Sussegwentement, Outlaw, kellhom ukoll problemi biex it-tim tal-Malta Young Sailors Club kiseb ir-rebħa fit-tieni tiġrija.
Fit-tieni ġurnata ta’ kompetizzjoni Cage Architects Team Chiara u Team Panda kienu jafu li kellhom jgħatu oppożizzjoni kbira biex iżommu l-pożizzjonijiet tagħhom fil-quċċata tal-klassifika ġenerali.
Ir-regatta finali ntemmet b’Outlaw, it-tim magħmul minn Brian Flahive, Tom Sammut Alessi u Alan Tabone Ferrante, jikseb l-ewwel post fit-tellieqa, filwaqt li Cage Architects Team Chiara, it-tim ta’ Ray Condachi, Andrea Vella u Daniel Fenech, ħareġ bħala r-rebbieħ ġenerali tas-SeaJet Malta Sailing League.
//= $special ?>