Il-qtuħ tad-dawl f’diversi lokalitajiet f’Malta ikkawża frustrazzjoni kbira fost il-Maltin u Għawdxin, iżda mhux biss. Ħafna persuni li tkellmu fuq il-midja soċjali esprimew id-diżappunt tagħhom għal fatt illi peress illi għadhom mingħajr provvista tal-elettriku, ħafna prodotti tal-ikel kellhom jiġu mgħormija.
Fost il-kummenti li ddominaw il-medja soċjali fl-aħħar sigħat tkellmu ukoll sidien tal-ħwienet illi uħud minnhom spiċċaw jbiegħu kollox bi preżż imraħħas wara li inqata’ d-dawl.
Dan kollu wkoll jwassal mhux biss għal ħela ta’ ikel iżda wkoll għal ħela ta’ flus.
//= $special ?>