Ekonomija Ewropa Kummerċ Lokali

Il-prezzijiet f’Malta jibqgħu ogħla mill-medja taz-Zona Ewro

Ċifri ppubblikati llum mill-Eurostat juru biċ-ċar li l-prezzijiet tal-prodotti f’Malta, matul ix-xahar ta’ Ġunju, baqgħu ogħla mill-medja taz-Zona Ewro.

Skont l-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika, ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta baqgħet fil-livell ta’ 6.2%. Dan meta fiz-Zona Ewro ir-rata kienet ta’ 5.5 fil-mija.

Dawn iċ-ċifri jagħtu stampa ċara dwar liema huma dawk il-pajjiżi li fihom il-prezzijiet tal-prodotti huma orħos minn ta’ pajjiżna. Dawn jinkludu Ċipru, il-Greċja, il-Portugall, l-Irlanda u Franza – kollha pajjiżi fejn il-prezzijiet huma orħos minn ta’ Malta.

Ir-rata ta’ inflazzjoni fil-livell ta’ 6.2 fil-mija xorta tibqa’ ogħla minn kemm kienet eżatt bħal dan iż-żmien sena ilu.