Lokali Qorti

Jinżammu arrestati żewġ nisa mixlija li kellhom ammont sostanzjali ta’ eroina u kokaina

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Żewġ nisa li qalu lill-Qorti li ma jaħdmux – inżammu arrestati wara li ġew mixlija quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li kienu fil-pusses ta’ 1.8 kilogramma ta’ eroina u mal-elf qartas kokaina u eroina lesti biex biex jinbiegħu għas-suq lokali.

Huma ġew akkużati wkoll li kellhom l-imsemmija droga f’distanza ta’ 100 metru minn skola jew post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ. L-Ispettur John Leigh Howard li mexxa l-investigazzjoni dwar din il-qabda ta’ droga qal li grazzi għal informazzjoni anonima l-Pulizija marret fir-residenza ta’ Roxanne Grech ta’ 32 sena mill-Imsida fejn magħha kien hemm l-imputata l-oħra Daniela Mamo ta’ 30 sena minn San Ġwann.

Fl-appartament kien hemm ukoll żewġ persuni oħra, waħda s-sieħba ta’ waħda mill-akkużati u t-tifla ta’ waħda minnhom. Tenna li mhux eskluż li l-Pulizija mhux eskluż li l-Pulizija tressaq lil dawn ukoll fuq reati simili, għalkemm sa issa jidher li se jkunu biss xhieda f’dan il-każ, u li dawn ukoll ġew rilaxxati.

Grech ġiet ukoll mixlija li saret reċidiva u li diġa’ ffaċċat proċeduri oħra fil-Qorti u ngħatat sentenza sospiża. L-Ispettur Howard qal li nhar it-Tnejn il-Pulizija marret fl-appartament tal-Imsida u wara tfittxija intensiva sabet id-droga f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għal użu esklussiv tagħhom.

Qal li l-informazzjoni li rċiviet il-Pulizija hi kunfidenzjali għal kollox u huwa marbut li ma jikxifx. Qal li l-Pulizina daħlu mill-komun u fl-appartament kien hemm camera. Dak il-ħin il-camera xehlet u daħlu f’’open plan’ u sabu liż-żewġ  madwar mejda flimkien ma’ żewġ persun oħra.

L-Ispettur Howard qal li hu kien preżenti waqt it-tfittxija fejn ġie ukoll eżegwit mandat ta’ arrest u li hemm inkjesta għaddejja. Tenna li minkejja li ż-żewġ persuna l-oħra ġew rilaxxati qed jiġu nvestigati xorta waħda. Tenna li dawn huma qraba intimi tal-imputati.

Il-Prosekuzzjoni għamlet talba għall-iffriżat tal-assi li ġie milqugħa mill-Qorti anke jekk kien hemm oġġezzjoni minn naħa tad-difiża. Il-Qorti spjegat lill-akkużati dwar l-iffriżat dwar kif huma ma jistgħu jagħmlu l-ebda negozju jew trasferiment ta’ propjeta kemm mobbli jew immobbli u li jridu jgħaddu b’ammont ta’ 13,967 ewro fis-sena biex jgħixu.

Saret talba għall-pleġġ mid-difiża mmexxija mill-Avukati Matthew Xuereb u Jacob Magri fejn Dr. Xuereb qal li l-akkużati għandhom bi problemi ta’ saħħa u kkoperaw mal-Pulizija. Qal li Roxanne Grech fi 48 siegħa li kienet ilha arrestati daħlet l-isptar tliet darbiet.

Tenna li waqt l-investigazzjoni kienu edukati mal-Pulizja, li dan jgħixu Malta u li lesti joqgħodu għal kull orsdni li tista’ tagħti l-Qorti fil-kors ta’ dawn l-investigazzjoni. Waħda mix-xhieda hi l-partner ta’ waħda mill-imputati u l-oħra tifla ta’ waħda minnhom, hemm inkjesta, u li l-esperti maħtura żgur li mhemmx dubju fuqhom. Lesti li jiġu l-Qorti meta mitluba biex juru l-innoċenza tagħhom, filwaqt li nies pajżana oħra x’jixhdu mhemmx, anzi qal li hu żgur li xhud minnhom se tagħżel li ma tixhidx.

Għaldaqstant ma teżisti l-beda biża’ għax dawn jgħixu Malta. L-Avukat Jacob Magri minn naħa tiegħu qal li huwa minnu s-sejba hija konsiderevola imma l-prinċipji tal-Qrati Maltin u ta’ Strasburgu jgidu li l-gravita tal-każ m’għandhiex tfisser li l-liberta ma tingħata, sakemm ma jkunx hemm il-biża ta’ intralċ. Qal li jaħarbu żgu li le, u li hemm inkjest għaddejja. Dan hu każ ta’ pussess aggravat u ma hemm l-ebda akkużi ta’assoċjazzjon u lanqas ta’ mportazzjoni.  

Fuq Grech l-fatt li hi reċidiva u ngġatat sentenza sospiża, l-avukat għamel referenza għal sentenza mill-Qorti Kriminali li qalet sakemm  ma jkunx hemm intralċ il-pleġġ jista’ jngħata.  L-Ispettur Howard oġġezzjoni għall-pleġġ fejn qal li għad baqa’ persuni li jridu jiġu mitkellmu fosthom waħda mill-partners li kellha minuri magħha. Reġa’ tenna li fl-investigazzjoni li għadha għadejja jistgħu jittieħdu passi.

Qal li vera li l-imġieba tal-akku’ati kienet tajba u li iżda jekk għadnhom problemi mediċi fil-ħabs jistgħu jiġi mgħejjuna jingħataw il-kura.  Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tad-difiża u l-prosekuzzjoni fid-dawl tan-natura tal-akkużi kif ukoll fid-dawl tal-fatt li terzi persuni għad iridu jixhdu ġie miċħuda t-talba u dan għaliex f’dan l-istaju huwa prematur biex jingħataw il-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti qalet li fil-kors tas-smigħ tal-Erbgħa – irriżulta li Roxanne Grech kellha bżonn assistenza medika aktar minn okkażjoni waħda f’dawn l-aħħar ġranet, għalhekk qed issir rakkomandazzjoni lid-Direttur Faċilita Korrettiva ta’ Kordin sabiex meta jkun hemm il-ħtieġa tiġi nvistata u tinbgħat għal kull kura lilha meħtieġa.