It-tennista Maltija Francesca Curmi kitbet l-istorja meta fl-età ta’ 21 sena saret l-ewwel Maltija li kkompetiet fil-main draw ta’ WTA. Curmi għamlitha mat-32 fil-Palermo Open tan-Nisa minkejja li tilfet fil-kwalifikazzjoni kontra l-Franċiża Tessah Andrianjafitrimo wara li l-Ġermaniża Anna-Lena Friedsman irtirat mill-kompetizzjoni.
Fir-rawnd ta’ 32 Curmi affrontat lill-Ispanjola Cristina Bucsa u kienet viċin li tikkwalifika meta wara li rebħu set kull wieħed, fl-aħħar set il-Maltija kienet 5-3 minn fuq iżda sfortunatament tilfet 7-5.
Fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni hija għelbet lit-Taljana Giada Di Paola 6-0, 6-0.
//= $special ?>