Bħal kull sena, grupp ta’ kontestanti se jieħdu sehem fis-26 edizzjoni ta’ Miss World Malta u l-10 edizzjoni ta’ Mr World Malta li se jsir nhar l-Erghba 26 ta’ Lulju. Ġew uffiċjalment magħżula bħala kontestanti f’Jannar li għadda fejn tul dawn is-seba’ xhur ħadu sehem f’ diversi attivitajiet fosthom il-programm edizzjoni speċjali televiziv “Gateway To Miss & Mr World Malta” li kollha kellhom sehem importanti fih fejn.
Bħalissa għaddejjin il-preparamenti, sabiex l-Ergħba 26 ta’ Lulju tittella’ serata mill-isbah fil-Fort Sant Elmo fil-Belt Valletta, fejn ser ikun hemm diversi sfilati fosthom tax-xagħar, sabiex dawn jikkumplimentaw din is-serata.
Dan l-avveniment se jkun imtella minn Modelle International b’direzzjoni ta’ Sue Rossi u Claudia Calleja.
Apparti li titħabbar ir-rebbieħa minn ġurija imħallta kemm Maltin kif ukoll barranin, se jkun hemm diversi titli oħra, fosthom; Beauty with a purpose, Best Personality u oħrajn.
Se jkun hemm ukoll madwar 7 stilisti tax-xagħar, li se jieħdu ħsieb il-kontestanti tul is-serata flimkien ma’ make-up artists.
Wara li jitħabbru ir-rebbieħa, jibdew preparamenti ġodda biex jittieħdu ir-ritratti ħalli ikunu jisgħtu jittellgħu fil-website ta’ Miss u Mr World fejn jingħaqdu mal-kontestanti l-oħra.
Apparti minn hekk jintagħżlu wkoll il-ħwejjeg li se jkunu se jintlibsu fil-final. Din is-sena il-71 anniversarju tal-finali ta’ Miss World se jsir fl-Indja.
//= $special ?>