L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed twissi li għada t-temperatura mistennija tlaħħaq l-40°C. Dan filwaqt li se tkun qed tinħass żewġ gradi iktar milli tkun, b’temperatura tinħass 42°C.
L-indiċi UV se tkun qed timmarka 11.
Il-pubbliku qed jiġi mwissi sabiex fl-eqqel ħinijiet tax-xemx jevita li joħroġ barra filwaqt li għal dawk li jħobbu jmorru l-baħar huwa importanti li wieħed japplika l-krema ta’ kontra x-xemx. Huwa importanti li wieħed jixrob ħafna ilma filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali mill-anzjani u dawk vulnerabbli.
It-temp mistenni jkun xemxi u sħun, bir-riħ se jkun ħafif mill-Punent Majjistru. L-inqas temperatura mistennija tkun 27°C.
//= $special ?>