Sport Sport Ieħor

Cikliżmu: Felix Gall jirbaħ is-17-il stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Jonas Vingegaard saħħaħ l-ewwel post fil-klassifika ġenerali

Meta ninsabu erbat ijiem mit-tmiem tat-Tour de France, is-17-il stadju kien fuq distanza ta’ 165.7 kilometri minn Saint Gervais Mont Blanc sa Courcheval. Suċċess għall-Awstrijakk ta’ AG2R Citroen Team, Felix Gall li għamel id-distanza f’ 4 siegħat, 49 minuta u 8 sekondi b’distakk vantaġġ ta’ 34 sekonda fuq il-Britanniku Simon Yates ta’ Team Jayco Alula.

Fit-tielet post Pello Bilbao Lopez ta’ Spanja għal Bahrain Victorius b’distakk ta’ minuta u 38 sekonda. Fir-raba’ post temm id-Daniż Jonas Vingegaard ta’ Jumbo Visma b’distakk ta’ minuta u 52 sekonda. Fl-istess waqt Jonas Vingegaard saħħaħ postu fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali fejn fi tmiem is-17-il stadju baqa’ fl-ewwel post Jonas Vingegaard b’total ta’ 67 siegħa, 57 minuti u 51 sekonda fuq 2795 kilometri.

Fit-tieni post baqa’ Tadej Pogacar b’distakk ta’ 7 minuti u 33 sekonda filwaqt li fit-tielet post temm il-Britanniku Adam Yates għal UAE Team Emirates b’distakk ta’ 10 minuti u 45 sekonda.

It-18-il stadju huwa bejn Moutiers u Bourg-en-Bresse fuq distanza ta’ 166 kilometru.