Fi Brussell, il-Pulizija Belġjana wettqet rejd ieħor fid-dar ta’ MEP Soċjalista, Maria Arena. Din id-darba, l-Pulizija marru fid-dar tal-Belġjana u ħadu dokumenti u apparat ieħor relevanti għall-investigazzjoni tagħhom b’rabta ma’ korruzzjoni.
L-MEP Belġjana – membru fl-istess grupp politiku tal-MEPs Laburisti Maltin – qed tiġi investigata flimkien ma’ tliet MEPs oħra li sa ftit xhur ilu kienu fl-istess grupp tas-Soċjalisti – il-Griega Eva Kailli, il-Belġjan Marc Tarabella u t-Taljan Andrea Cozzolino. Dawn it-tliet MEPs diġà tressqu l-Qorti akkużati b’tixħim u korruzzjoni.
Ir-rejd tal-aħħar sigħat hu daqqa ta’ ħarta oħra għas-Soċjalisti hekk kif qed ikompli joħroġ biċ-ċar kemm dan l-iskandlu hu skandlu Soċjalisti – b’MEP’s Soċjalisti u assistenti ta’ MEP’s Soċjalisti akkużati u investigati.
Fi stqarrija, il-Pulizija Belġjana kkonfermat li għamlet rejd fid-dar tal-MEP Soċjalista Arena kif ukoll f’ħames postijiet oħra marbuta mal-MEP u l-familja tagħha.
//= $special ?>