Fl-aħħar sigħat kellhom jittardjaw it-titjiriet KM614 minn Malta għal Ruma kif ukoll titjira KM615 minn Ruma għal Malta, wara ħsarrat fl-arja kundizzjonata f’ajruplan tal-Air Malta
Il-Ħamis wara nofsinhar titjira KM614 kellha titħassar waqt li kienet fl-ajruport minħabba temperaturi estremi li kellhom jesperjenzaw il-passiġġieri hekk kif waqaf jaħdem l-Air Conditioner.
Kaġunn ta’ dawn il-ħsarat tlett passiġieri li kienu qegħdin fuq l-ajruplan intilfu minn sensihom. Dawn il-passiġġieri ngħataw l-għajnuna imedjatament mill-cabin crew kif ukoll mill-mediċi tas-servizz tal-emerġenza.
Il-passiġieri l-oħra kollha tniżżlu minn fuq l-ajruplan u tieħdu lura fl-Ajruport, fejn ingħataw xorb frisk.