Ħal Luqa, Ħal Tarxien, il-Fgura, Ħal Qormi, u Raħal Ġdid huma biss uħud mill-postijiet fejn ftit tal-ħin ilu reġa’ telaq id-dawl. Dan apparti zoni f’Birkirkara fejn id-dawl baqa’ ma ġiex.
Kien għall-ħabta tal-5pm meta d-dawl reġa’ telaq f’diversi zoni tal-pajjiż, fejn qed jiġu affetwati eluf ta’ familji li tħallew fi sħana tremenda. Dan apparti li anke negozji qed jiġu affetwati direttament.
Imbgħad għall-ħabta tas-6pm, inqata’ wkoll id-dawl f’zoni tal-Imsida, is-Siġġiewi u l-Qawra.
Dan is-sit jinsab infurmat li hemm min saħansitra kera kamra f’lukanda sabiex jiskappa mis-sħana enormi, filwaqt li oħrajn qed ifittxu kenn għand ħbieb jew qraba tagħhom.
//= $special ?>