Il-kwalita’ tal-ħajja qed tmur lura għaliex qedgħin ngħixu f’pajjiż bla viżjoni, b’infurzar batut u bi Gvern li jdum ma jieħu azzjoni.
Hekk stqarret il-Kamra tal-Kummerċ, fejn fi stqarrija iebsa insistiet li ma jistax ikun nibqgħu niddependu fuq mudell ta’ ekonomija li jibbaża biss fuq l-imporatazzjoni ta’ 20 elf ruħ fis-sena – għax dan qed iwassal l-infrastrutura fix-xifer ta’ kollass.
Il-Malta Chamber tenniet li il-pajjiż qabad it-triq tan-niżla u issa wasal iż-żmien li niefqu nippruvaw nikkuntentaw lil kulħadd. Minnflok, il-Gvern għandu jara li d-deċiżżjonijiet li jittieħdu jkunu fl-interess tal-poplu kollu mhux l-interess partiġjan.
Il-Kamra enfasiżat li spċċca ż-żmien li nsibu soluzjjonijiet li jsolvu l-problemi temporanjament, għax meta l-problemi ma jiġux indirizzati kif suppost il-problemi jkomplu jikbru. Fost dawn il-kwistjonijiet, il-Kamra tal-Kummerċ semmiet is-sitwazzjoni tat-traffiku, il-qtugħ fis-servizz tal-elettriku, is-sistema fqira tal-imaniġjar tal-iskart kif ukoll it-traġedji fil-postijiet tax-xogħol.
Il-Kamra tal-Kummerċ appellat lil Gvern biex iqum fuq tiegħu u jibda jieħu deciżjonijiet sura bl-urġenza li hemm bżonn.
Semmiet ukoll numru ta’ miżuri biex jonqos it-traffiku …filwaqt li appellat lill-Gvern ħalli jassigura li jkollna provista tal-elettriku li tiflaħ għas-sajf sħun ta’ Malta, mingħajr il-qtugħ fis-servizzi.
Il-Kamra appellat biex postijiet pubbliċi jinżamu nodfa – dan filwaqt li l-liġijiet għandhom jiġu nfurzatti fl-aspetti kollha tal-indusrtija.
Il-Kamra tal-Kummerċ talbet lil-Gvern biex jagħti assistenza lil-persuni li qedgħin jaqilgħu dħul baxx, kif ukoll assistenza lin-negozi li jaħdmu b’mod sostenibli.
//= $special ?>