Lokali

Iktar minn €200 xirja għar-rimi

Il-posts u l-kummenti fuq il-media soċjali jkompli jiżdiedu hekk kif il-qtugħ fis-servizz tad-dawl jibqa’ jippersisti.

F’post fuq Facebook persuna ilmentat li wara kważi 30 siegħa bla dawl, hija marret tagħmel xirja ta affarijiet essenzjali fosthom ħalib, ħobż, butir u ġobon.

“Qed ngħidu mal-200 ewro xirja minn tal-inqas….” qalet din il-mara fuq il-profil tagħa fuq facebook, fejn tefgħet ukoll ritratt ta’erba’ boroż ikel għar-rimi.

Quddiem din ir-realta, il-PN qed jinsisti illi l-inqas li jista’ jagħmel il-Gvern ta’ Robert Abela hu li jikkumpensa lil dawk li spiċċaw vittmi tan-nuqqas ta’ responsabbiltà tiegħu stess minħabba li qed ibatu minn dan il-qtugħ fis-servizz essenzjali tal-elettriku.