Lokali

AĠĠORNATA: Il-Labour isejjaħ laqgħa tal-Eżekuttiv b’urġenza

Hekk kif Robert Abela jinsab fl-eqqel ta’ kriżi minħabba l-u-turn li għamel dwar il-każ ta’ Jean Paul Sofia, illejla l-Partit Laburista sejjaħ laqgħa urġenti tal-Eżekuttiv.

Il-laqgħa issejħet mill-bieraħ għal-lum, meta ssoltu tissejjaħ minn ġimgħa qabel.

Net News jinsab infurmat li l-Eżekuttiv issejjaħ għas-7pm, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.