Is-Sindku Laburista ta’ Ħal Safi, Johan Mula, fuq post fil-midja soċjali kiteb li f’Ħal Safi sar investiment biex tissaħħaħ id-distribuzzjoni tal-elettriku fuq żewġ substations fi Triq l-Iskola u Triq l-Ibraġġ, iżda xorta nqata’ d-dawl.

F’email li bgħatt lil Enemalta, lill-Ministru Miriam Dalli u fil-post fil-midja soċjali, Johan Mula, sostna li għall-tlett ijiem infila, Ħal Safi spiċċa bla dawl, fejn skont stqarrija maħruġa mill-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, il-problema hi ta’ distribuzzjoni u mhux ta’ ġenerazzjoni tad-dawl.
Hu jkompla jtenni li fl-irwol tiegħu bħala sindku, għandu dritt jistaqsi mistoqsijiet leġittimi, filwaqt li jitlob serħan il-moħħ f’isem ir-residenti tar-raħal.
Hekk kif iċ-ċittadin jistħoqqlu kjarifika għalfejn qed jinqata’ d-dawl, u jekk hux se jgħaddu iżjed iljieli bla dawl, minħabba l-fatt li temperaturi għoljin tikkawża problemi serji speċjalment f’persuni anzjani, vulnerabbli u tfal ta’ etajiet żgħar.
