Lokali

Jitħassru aktar titjiriet kaġun tan-nirien li kien hemm fl-ajruport ta’ Katania

Żewġt titjiriet tal-Air Malta ġew imħassra kaġun tan-nirien fl-ajruport ta’ Catania.

L-Air Malta infurmat lill-passiġġieri tagħha li minħabba limitazzjonijiet fil-moviment tal-ajruplani
imposti fuq il-linji tal-ajru mill-Ajruport ta’ Katanja, titjiriet KM644 minn Malta għal Catania, kif ukoll KM645 minn Catania għal Malta ġew mħassra.

Passiġieri li ibbukkjaw direttament mal-Air Malta u jixtiequ rifużjoni tal-flus jistgħu jibgħatu email fuq: refundrequest@airmalta.com, dawk li għamlu l-booking tagħħom permezz ta’ aġenzija huma mitluba jagħmlu kuntat mal-aġenzija biex dawn jikuntatjaw lil-Air Malta filwaqt li dawk li jixtiequ ibidlu d-dati jistgħu jċemplu fuq +356 21662211 mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit- 08:00 sal 20:00 kif ukoll is-Sibt u l-Ħadd bejn it- 08:00 u 18:00.

Tibdil fit-titjir tal-iskedi għadhom għaddejjin u mistennija jkomplu għal xi jiem.