Id-difiża ta’ żewġ akkużati mixlija fost affarijiet oħra bil-qtil involontarju ta’ Miriam Pace fit-2 ta’ Marzu tal-2020 qed titlob li qabel ma jitkompla l-każ tagħhom ikun magħruf l-eżitu ta’ l-inkjesta pubblika fil-konfront ta’ Jean Paul Sofia, ta’ 20 sena li spiċċa wkoll vittma ta’ kostruzzjoni fit-3 ta’ Diċembru li għadda f’Kordin.
Quddiem l-Imħallef Consielo Scerri Herrera li quddiemha għandu jinstema’ l-ġuri taż-żewġ akkużati l-Avukat Franco Debono qal li l-Qrati jaħdmu fil-kuntest tal-pajjiż ta’ dak li jiġi deċiż mill-istituzzjionijiet tal-pajjiż, fejn dan iddeċieda li jagħmel eżami tal-kuxjenza dwar in-nuqqasijie tal-istat fis-settur tal-kostruzzjoni, liema nuqqasijiet tal-istat jistgħu jkunu relevanti għal każ ta’ Miriam Pace ukoll.
L-Avukat Franco Debono qal ukoll li per prinċipju ma jaqbilx mal-inkjesti pubbliċi imma jemmen li l-forum idoneu li għall-inveatigazzjonijiet hi l-inkejsta Maġisterjali li għandha tipprevali, tant li snin ilu kien issuġerixxa bħala deputat fuq riformi għat-tisħiħ tal-inkjesta Maġisterjali, pero ġaladarba l-istat iddeċieda li jagħmel eżami tal-kuxjenza permezz ta’ inkjesta pubblika.
Għaldaqstant in-nuqqasijiet tal-istat li se jirrużulaw jistgħu jkunu relevanti għal dan il-każ u jiġu magħduda ma’ dawk in-nuqqasijiet tal-istat li diġa irriżultaw milli-nkjesta Maġisterjali fil-każ ta’ Miriam Pace.
Il-Qorti iddeferiet il-kawża għat-2 ta’ Settembru, mhux minħabba l-inkjesta pubblika iżda sabiex id-difiża titratta l-eċċezjioniniet premilimari. Kienu erbgħa persuni li oriġinarjament tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dan il-każ, bi Spiteri u Dimech jiddeċiedu li l-każ tagħhom jiġi ġġudikat f’ġuri. Għal Nicholas Spiteri qed jidhru l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri filwaqt li għal Ludwig Dimech qed jidhru l-Avukati Roberto Montalto u Michael Scirha.
//= $special ?>